Bħal daż-zmien sentejn Robert Abela rebaħ l-elezzjoni għal Mexxej tal-Partit Laburista, wara li l-istess Joseph Muscat kien irriżejna minn Prim Ministru b’rizultat tal-pressjoni pubblika li saret fuqu minħabba akkuzi ta’ korruzzjoni li seħħew matul it-tmexxija tiegħu. L-emblema tal-legat tiegħu tibqa’ l-votazzjoni tieghu bhala l-iktar politiku korrot tal-2019.
Issa li ghaddew sentejn minn mindu ha f’idejh it-tmexxija tal-Gvern huwa f’waqtu li nwettqu evalwazzjoni qasira tal-hidma tal-Gvern immexxi minn Robert Abela.
Kontinwita’ mal-politika ta’ Joseph Muscat
Malli ġie maħtur mexxej, huwa stqarr li ser iħaddan politika ta’ kontinwita, kontinwita fuq dak li ħalla Joseph Muscat.
Fil-fatt matul dawn l-ahhar sentejn komplejna nisimgħu bi stejjer ta’ tberbiq ta’ flusna u ta’ skandli li ma jagħmlu ebda ġieħ lill-pajjizna. Anki jekk uhud minn dan it-tberbiq u skandli sehhew fi zmien il-predecessur tieghu Joseph Muscat, dan ma jfissirx li Robert Abela huwa bla htija. Kieku kellu r-rieda li jghin lill-pajjiz jaqleb din il-folja kerha Robert Abela kellu d-dmir li jizgura li l-politici responsabbli mid-dizastru li halla warajh Joseph Muscat jaghtu kont ta’ ghemilhom.
Rapport wara rapport tal-Awditur Ġenerali indikaw abbużi serji ta’ korruzzjoni mill-ftehim mal-Vitals, il-kuntratt ta’ San Vincenz sa l-infiq tad-doppju tal-istima oriġinali ta’ €2 miljuni biex jitwaħħlu kameras ta’ sigurta fil-Faċilita Korrettiva ta’ Kordin. L-infiq sfrenat u bla kontroll wassal biex id-dejn tal-gvern għola b’mod sostanzjali. Fil-fatt f’dawn l-aħħar 24 xahar, sentejn ta’ Robert Abela, id-dejn nazzjonali sploda.
Skont l-aħħar rapport tal-NSO, id-dejn nazzjonali żdied bi €3 biljun li huwa cifra astronomika anki f’kuntest tal-pandemija kurrenti ghaliex parti mill-infiq fuq din il-pandemija gew minn fondi tal-Unjoni Ewropea
Rizenji
Il-gvern ta’ Robert Abela kien imxekkel il-ħin kollu b’riżenji ta’ ministri, segretarji parlamentari u membri tal-parlament. Uħud minn dawn ir-riżenji wasslu sabiex il-prim ministru stess ikun jista’ jikkooptja nies leali lejħ u b’hekk isaħħaħ postu.
Dawn ir-rizenji kienu kollha l-frott ta’ varjeta’ ta’ abbuzi u nuqqasijiet serji minn persuni f’pozizzjonijiet ta’ awtorita’.
Il-greylisting
Iżda żgur li l-agħar ħaġa li seħħet tul l-aħħar sentejn kien il-grey listing ta’ Malta f’Ġunju tas-sena li għaddiet u li niżżel isem pajjiżna fil-livell ta’ pajjżi bħal Botswana, Myanmar, is-Senegal u ż-Żimbabwe.
Biex titnehha din it-tebgha minn fuq isem pajjizna mill-aktar fis possibbli, huwa neceessarju li l-Gvern jindirizza l-eghruq ta’ din il-problema kif mehtieg, billi tittiehed azzjoni konkreta specjalment fil-kontront tal-persuni responsabbli minn dan l-ghajb fuq pajjizna. U b’mod partikolari dawk li kienu f’pozizzjoni ta’ poter u li abbuzaw mill-awtorita’ taghhom jew hallew lil min jabbuza minnha.
Minflok ma wiehed jaqbad maz-zghir bhallikieku kien dan li ghamel din il-hsara lir-reputazzjoni fuq pajjizna, minflok ma’ wiehed jimla’ lill-professjonisti b’oneri sproporzjonati, huwa krucjali li wiehed jiehu azzjoni fil-konfront ta’ min kien tassew responsabbli biex il-hsara li saret ma tigrix u li minflok ghamel l-oppost.
Jekk kien hemm dubju fuq dan il-punt, il-projbizzjoni mposta mill-Gvern Amerikan fuq Konrad Mizzi (li ta’ min ifakkar ghadu membru parlamentari sal-lum) u Keith Schembri milli jivvjaggjaw lejn l-Istati Uniti minhabba “l-involviment taghhom f’korruzzjoni sinifikanti” suppost li qatlet kwalunkwe dubbju.
Apparti l-bzonn li tittiehed azzjoni konkreta kontra l-hut il-kbir huwa mportanti wkoll li jigi zgurat li dak li sehh ma jkunx jista’ jerga’ jigri.
Għalhekk, u f’dan l-isfond, il-Partit Nazzjonalista din il-ġimgħa ressaq proposti konkreti biex jiġi żgurat li f’Malta jkollna tmexxija li tiżgura s-saltna tad-dritt, tiġġieled il-korruzzjoni u tagħti protezzjoni sħiħa lir-raba’ pilastru tad-demokrazija, il-ġurnalizmu.
Nuqqas ta’ informazzjoni
Ħaġa sinonima mal-gvern immexxi minn Robert Abela, hija n-nuqqas ta’ informazzjoni li tingħata kemm f’mistoqsijiet parlamentari u wisq iktar minn mistoqsijiet mill-media indipendenti mill-gvern. Informazzjoni dwar għotjiet ta’ kuntratti b’direct orders u pagi ta’ persons of trust.
L-Awditur Ġenerali mhux darba jew tnejn ikkummenta dwar nuqqasijiet serji fl-amministrazzjoni bħal nuqqas ta’ minuti ta’ laqgħat ufficjali u nuqqas ta’ trasparenza f’kuntratti pubbliċi ta’ miljuni ta’ Euro. Anki hawn il-Partit Nazzjonalista qed jipproponi liġijiet li jżommu lil kull gvern responsabbli għall-azzjonijiet tiegħu fejn jidħlu fondi pubbliċi.
Iż-żieda massiċċa ta’ impiegi fis-settur pubbliku, ħafna minnhom bħala persons of trust kabbret sew l-ispiża tas-salarji. Kuntratti bħal ta’ Kurt Farrugia eks kap tal-kommunikazzjoni ta’ Joseph Muscat li għandu kuntratt ta’ €182,000 fis-sena u Carmen Ciantar li ingħatat kuntratt ta’ €163,000 fis-sena mill-viċi prim ministru, meta s-salarju tal-prim ministru huwa ta’ €64,000 fis-sena. Bħal dawn hemm ħafna, imma minħabba nuqqas ta’ trasparenza ftit għandna informazzjoni dwarhom. Allaħares ma kienitx il-media idipendenti li tinvestiga u tikxef dan il-abbuz.
X’irridu ghal pajjizna?
Huwa dan l-ahjar li jisthoqqlu pajjizna? Huwa dan l-ahjar li jista’ joffri l-Gvern immexxi minn Robert Abela? Huwa dan il-pajjiz li tant inhobbu u li nixtiequ ghal uliedna?
Huwa d-dmir ta’ kull ċittadin li jara li Malta terġa tikseb ir-reputazzjoni li kellha fl-Ewropa u fuq skala internazzjonali, li pajjiżna jitmexxa b’mod serju, li f’pajjizna jirrennjaw il-meritokrazija, is-saltna tad-dritt, l-onesta’, ir-rispett lejn xulxin, lejn l-ambjent ta’ madwarna u lejn il-ġid komuni, minflok sitwazzjoni fejn ir-regħba tal-ftit tigi l-ewwel u qabel kollox.
Joe Giglio